Border Control Post

Postijiet ta’ Kontroll tal-Fruntieri

Il-Postijiet ta’ Kontroll Veterinarju tal-Fruntieri (BCP) huma fattur ewlieni sabiex tiżgura li annimali ħajjin u prodotti li oriġinaw minn annimali li jidħlu fl-Unjoni Ewropea jkunu sani u taħt kundizzjonijiet speċifiċi miktuba fil-Legiżlazzjoni tal-Komunità.

L-Imporazzjoni ta’ annimali ħajjin u prodotti li originaw minn annimali jippreżentaw l-għola livell ta’ riskji, għax jistgħu jittrasmettu mard serju kemm għall-bniedem kif ukoll għall-annimal.  Għalhekk, huwa neċessarju li jaqgħu taħt kontrolli speċifiċi fil-punt ta’ dħul imsejħa Postijiet ta’ Kontroll tal-Fruntiera.

Konsenja ta’ annimali ħajjin jew prodotti li joriġinaw minn annimali jistgħu jidħlu fl-Unjoni Ewropea biss jekk jiġu sottomessi kontrolli speċifiċi u sodisfaċenti flimkien ma’ ħruġ ta’ Dokument ta’ Saħħa ta’ Dħul Komuni (DSDK).

Kontrolli Veterinarji fuq annimali ħajjin u prodotti li ġejjin minn annimali li joriġinaw minn pajjiżi tat-tielet dinja impurtati f’Malta jsiru f’dawn il-fruntieri approvati:

BIP Tip Prodotti Annimali Ħajjin Indirizz Nru tat-Telefon Indirizz elettroniku Hinijiet
Marsaxlokk Freeport BCP
Port
HC, NHC
N/A
Port Ħieles Malta Birżebbuġa
+356 21650393
07:00-15:00 Tnejn-Gimgha
Malta Airport BCP
Mitjar
HC(2), NHC(2)
O
Il-Mitjar Internazzjonali ta’ Malta, Luqa
+356 21257136

*HC: prodott għal konsum uman, NHC: prodott mhux għal konsum uman, O: annimali oħra,