Il-Missjoni tad-Direttorat għar-Regolamentazzjoni Veterinarja hija li tassigura li l-partijiet interessati li jaqgħu taħt il-kappa tiegħu jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ saħħa tal-annimali, benesseri, għalf u l-liġi tal-ikel li huma relevanti għall-attivitajiet tagħhom u li jitwettqu kontrolli uffiċjali biex jivverifikaw il-kompjaċenza ta’ dawn il-partijiet interessati abbażi ta’ skedi ppjanati filwaqt li jsegwu istruzzjonijiet konsolidati jew linjigwida mogħtija lill-membri tal-persunal.