Kull min jixtieq jadotta għandu jġib miegħu l-karta tal-identità, ċinga u kullar (f’każ li se jadotta kelb) jew cat carrier (jekk se jadotta qattus). Persuni taħt it-18-il sena jridu jkunu akkumpanjati mill-ġenituri jew mill-kustodju legali tagħhom, li jkunu jridu jiffirmaw biex jieħdu responsabbiltà tal-annimal.
Żjarat isiru bejn l-10:00 u s-14:00 mit-Tnejn sal-Ħadd.
Għal aktar informazzjoni, jekk jogħġbok ikkuntattja l-Uffiċċju tal-Ħarsien tal-Annimali fuq 22924132 bejn it-08:00 u t-15:00 mit-Tnejn sal-Ġimgħa.