Operazzjoni

L-għan ewlieni tad-Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali huwa li jtejjeb il-ħajja u l-
kundizzjonijiet tal-annimali. Għalhekk,
il-pubbliku huwa mħeġġeġ jirrapporta kull allgeazzjoni dwar nuqqas ta’ kundizzjonijiet xierqa, abbandun, u moħqrija lejn l-annimali. It-tim tagħna huwa impenjat sabiex jinvestiga u jsegwi ir-rapportti kollha b’dawn l-allegazjoniet.

Ir-rapporti jistgħu jsiru bit-telefon fuq Freephone Servizz.gov 153 (Ext. 17) , jew permezz tal-e-mail fuq [email protected]

inspections image

Ambulanza tal-annimali

Is-servizz tal-ambulanza pprovdut mid-Direttorat tal-Ħarsien tal-Annimali huwa servizz 24/7 li primarjament jipprovdi assistenza lil annimali morda jew imweġġgħin mitlufin. Dan is-servizz mhuwiex disponibbli għal annimali domestiċi ta’ proprjetà privata.

L-ambulanza tal-annimali tipprovdi assistenza f’inċidenti li jinvolvu annimali. F’każijiet bħal dawn, it-Tim tagħna l-ewwel jipprova jivverifika l-identità tal-annimal involut fl-inċident, u jekk tali annimal għandux sid jew le. Jekk dan l-eżerċizzju ma jirnexxix, l-annimal jiġi ttrattat bħala mitluf, u jittieħed għall-kura u jingħata kenn mid-Direttorat.

Annimali preżunti mitlufa u misjuba fit-toroq jistgħu wkoll jingħataw għajnuna mill-ambulanza. It-tim tagħna jista ‘jiċċekkja jekk l-annimal huwiex microchipped, u b’hekk jirritornah lil sidu. Importanti li wieħed jinnota li minħabba n-numru kbir ta’ annimali taħt il-kura u l-kustodja tad-Direttorat, huma biss annimali li mhumiex microchipped u li huma morda u feruti li jinġabru mill-ambulanza. Fil-każijiet l-oħra kollha, min iċempel huwa avżat li jfittex kenn alternattiv għall-annimal f’santwarju.
Lista ta’ santwarji madwar Malta u Għawdex tista’ tinstab
hawn.

Għal aktar informazzjoni fuq Animal Welfare Malta, jekk jogħġbok segwi l-paġna tagħna fuq Facebook