Skema 2025 għall-Servizzi Veterinarji b'xejn għal Organizzazzjonijiet Mhux Governattivi
Eliġibilità
L-applikazzjoni għall-Iskema ta’ Servizzi Veterinarji b’xejn għal Organizzazzjonijiet Mhux Governattivi (NGOs) hija miftuħa biss għal Santwarji tal-Annimali liċenzjati skont il-Leġiżlazzjoni Sussidjarja 439.14 jew għal Organizzazzjonijiet Volontarji li joperaw Xelter taż-Żwiemel li huma rreġistrati kif xieraq mal-Kummissarju għall-Organizzazzjonijiet Volontarji taħt l-Att dwar l-Organizzazzjonijiet Volontarji (Kapitlu 492).
Kull trasferiment/adozzjoni ta’ annimali għandhom jiġu rrappurtati lid-Direttorat għal Regolament Veterinarju skont il-leġiżlazzjoni applikabbli. Jekk, waqt żjara mid-Direttorat għat-Trattament Xieraq tal-Annimali, kwalunkwe NGO tinstab li qed tikser tali kundizzjoni, id-Direttorat iżomm id-dritt li jżomm il-ħlas u jieħu azzjoni skont l-Att dwar it-Trattament Xieraq tal-Annimali (Kapitolu 439).
Rati tal-Ħlas
Għandu jsir ħlas ta’ darba fuq il-bażi ta’ medja ta’ tliet (3) qari post imwettqa
Ir-rati pagabbli għandhom ikunu:
€45 fis-sena għal kull kelb jew qattus; u
€180 għal kull żiemel.
Dawn il-pagamenti jistgħu jinħarġu pro-rata jekk l-annimali misjuba fuq il-post permezz ta’ kontroll aleatorju jew totali tal-għadd ta’ annimali ma jaqblux ma’ dawk li għalihom tkun saret l-applikazzjoni. Id-Direttorat għandu jwettaq għadd sħiħ ta’ annimali jew kampjun rappreżentattiv tal-annimali miżmuma fuq il-post.
Il-ħlas isir pro rata biss għal dawk l-annimali rreġistrati kif xieraq fid-Databażi Nazzjonali tal-Bhejjem (NLD).
Aktar mistoqsijiet dwar din l-iskema u l-proċess tal-applikazzjoni jistgħu jiġu riferuti lid-Direttorat għat-Trattament Xieraq tal-Annimali permezz ta’ e-mail fuq [email protected] jew billi wieħed iċempel fuq 22924135.