FAQs
Ir-riżultati tat-testijiet għall-Bruċellożi jkunu lesti fi żmien jumejn u jkunu jistgħu jinġabru mit-Taqsima tas-Saħħa tal-Annimali fi ħdan id-Direttorat tar-Regolament Veterinarju.
1a. Ir-riżultati tat-testijiet għal-Lewkożi jiddependu mill-urġenza u d-disponibbiltà tal-kits.
1b. Iż-żmien meħtieġ għall-iżolament tas-Salmonella jvarja, skont jekk ir-riżultat ikunx negattiv jew pożittiv. F’każ ta’ riżultat pożittiv, dan ikun irid jgħaddi f’idejn id-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika għal aktar analiżi, u għalhekk jista’ jieħu minn tlett (3) ijiem sa ħmistax-għoxrin (15-20) jum.
Jekk beħsiebek iżżomm inqas minn għoxrin (20) tiġieġa, jew inqas minn ħamsin (50) fenka, ma għandekx għalfejn tirreġistra mad-Direttorat tar-Regolament Veterinarju.
(i) L-azjendi agrikoli kollha li jipproduċu l-ħalib għandhom ikunu reġistrati mad-Dipartiment qabel jibdew iżommu l-annimali.
(ii) L-annimali rġiel u nisa kollha ta’ speċi li jipproduċu l-ħalib fl-azjenda tar-razzett għandhom joriġinaw minn azjendi reġistrati oħra u trasferiti wara l-kunsens bil-miktub tad-Direttur (uffiċjali tad-Dipartiment). Għandhom jiġu identifikati u rreġistrati fir-reġistru tar-razzett u mad-Dipartiment skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 21/2004 dwar l-Identifikazzjoni u r-Reġistrazzjoni tal-Annimali Ovini u Kaprini; Kapitlu 36, Ordinanza dwar il-Prevenzjoni tal-Mard; L.S. 36.32, Regolamenti dwar l-Annimali tal-Ħalib; Kapitlu 437, Att dwar is-Servizzi Veterinarji; u L.S. 437.78, Regoli dwar l-Identifikazzjoni u r-Reġistrazzjoni ta’ Annimali.
(iii) L-annimali msemmija hawn fuq għandhom jiġu ttestjati regolarment għal xi mard li jista’ jiġi identifikat fir-regolamenti rilevanti kollha, kif ukoll għal kwalunkwe marda oħra, skont kif jista’ jiġi deċiż mid-Direttur minn żmien għal żmien. Is-sid għandu jkun disponibbli għal żjarat minn uffiċjali tal-VRD (Direttorat tar-Regolament Veterinarju) għat-teħid ta’ kampjuni u spezzjoni.
(iv) Il-prodotti tal-ħalib jew tal-ħalib tradizzjonali jistgħu jiġu prodotti f’azjenda agrikola jew f’bini relatat mhux taħt ir-regoli stabbiliti mir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nri 852/2004, 853/2004 u 854/2004 u d-dispożizzjonijiet ta’ dawn ir-regoli kemm-il darba dawn il-prodotti se jiġu kkunsmati minn sid l-annimali jew mill-familja diretta tiegħu. Produzzjoni bħal din tista’ ssir biss taħt dawn il-kundizzjonijiet f’azjendi agrikoli fejn ma jkunx hemm aktar minn erba’ (4) nagħġiet jew mogħżiet reġistrati fl-azjenda agrikola.
Kull persuna, ta’ tmintax-il sena jew aktar u li tista’ tieħu ħsieb kelb, tista’ tkun proprjetarja ta’ kelb. Din ir-restrizzjoni dwar l-età ma tapplikax għal persuni neqsin mid-dawl.
Kwalunkwe kelb fl-età ta’ erba’ xhur jew aktar għandu jkun immikroċippjat u lliċenzjat. Klieb jistgħu jkunu mmikroċippjati u lliċenzjati qabel l-età ta’ 4 xhur.
Biex kelb ikun immikroċippjat, is-sid għandu jieħdu għand veterinarju liċenzjat. Id-dettalji rilevanti dwar is-sid u l-kelb, inkluż in-numru tal-mikroċippa, jintbagħtu lid-Direttur Regolament Veterinarju. Wara dan, id-dettalji jiddaħħlu fid-Database Nazzjonali tal-Bhejjem u tinħareġ liċenzja mid-Direttorat tar-Regolament Veterinarju. Is-sid reġistrat tal-kelb jirċievi l-liċenzja bil-posta.