FAQs
Agħmel rapport fl-eqreb għassa tal-Pulizija. Barra minn hekk, tista’:
- tibgħat email fuq [email protected] b’deskrizzjoni u/jew ritratt tal-kelb kif ukoll kwalunkwe informazzjoni utli oħra, flimkien mad-dettalji tal-kuntatt tiegħek;
- iċċempel fuq 1717 u tagħti deskrizzjoni tal-kelb u kwalunkwe informazzjoni utli oħra, flimkien mad-dettalji tal-kuntatt tiegħek;
- ittella’ ritratt tal-kelb fuq l-app tal-Malta Animal Welfare.
Importanti li l-kelb tiegħek ikun mikroċippat u li inti taġġorna r-reġistru f’każ ta’ xi tibdil sabiex ikun aktar faċli li l-kelb jiġi intraċċat f’każ ta’ xi inċident.
Id-Direttorat tal-Ħarsien tal-Annimali jinvestiga r-rapporti kollha li jsirulu. Jekk il-kelb ikun qed jinżamm tajjeb u f’ambjent aċċettabbli, allura l-każ ma jibqax fil-kompetenza tad-Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali iżda tal-Pulizija.
Biex tagħmel rapport dwar annimali li jkunu fi stat ħażin jew ittrattati b’mod abbużiv tista’:
- iċċempel lid-Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali fuq 1717. F’dan il-każ, tista’ tagħżel jew li tagħti d-dettalji tiegħek biex tgħin lill-uffiċjali jsibu l-post jew tibqa’ anonimu; jew
- tibgħat e-mail fuq [email protected]; jew
- tagħmel rapport permezz tal-app tal-Malta Animal Welfare.
Id-dettalji tal-persuna li tirrapporta qatt ma jingħataw lil min jikkommetti l-allegat abbuż.
Id-Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali jista’ jgħinek taqbad qtates morda li jgħixu fil-kolonja tiegħek. Wara dan, trid tiddeċiedi jekk tridx tkompli tieħu ħsieb il-qattusa u teħodha int stess għand veterinarju privat, jew tħalliha fil-kura tad-Direttorat tal-Ħarsien tal-Annimali, taħt ċerti kundizzjonijiet.
L-Ambulanza tad-Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali tassisti biss annimali tat-triq. Madankollu, jekk ikollok bżonn, id-Direttorat tal-Ħarsien tal-Annimali jista’ jagħtik in-numri ta’ kuntatt ta’ ambulanza privata tal-annimali jew ta’ veterinarji li jagħmlu żjarat fi djar privati jew in-numri tal-isptar tal-annimali li jkun miftuħ il-ġurnata kollha.
Ċempel lid-Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali fuq 1717.
Jekk il-kelb ma jidhirx aggressiv, żommu sakemm l-Ambulanza tad-Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali tasal fuq il-post. Jekk jidher aggressiv, żommu taħt għajnejk biex ma jweġġax. Sadattant, idderiġi lit-tim tal-ambulanza lejn il-post eżatt.