Dwar

IlLaboratorju Veterinarju Nazzjonali (NVL) twaqqaf fi tmiem ilħamsinijiet biex jgħin filprogramm ta’ eradikazzjoni talBrucella bittwettiq ta’ sorveljazzjoni fuq merħliet talħalib u lħalib. Dak iżżmien, Ilbruċellożi kienet tissejjaħ iddeni ta’ Malta. Ilprevalenza f’Malta kienet għolja minħabba nuqqas ta’ kontrolli peress li lkonsum talħalib talmogħoż mhux ippastorizzat kien għoli.

Twaqqaf skont irrekwiżiti tatTieni Parti talKap 439 talAtt tasServizzi Veterinarji. Dan illaboratorju jifforma parti it-titlu tas-segretarjat irid jigi aggornat fil-verzjoni Ingliza. Illaboratorju jopera taħt lawtorità tadDipartiment tasSaħħa u tTrattament Xieraq talAnnimali (AHWD) fi ħdan ilMinisteru għallAgrikultura, isSajd u dDrittijiet talAnnimali.

Mit-twaqqif tiegħu, illaboratorju kompla jwessa’ lkapaċitajiet ta’ ttestjar tiegħu filwaqt li jżomm aġġornat malkwistjonijiet kurrenti u mard emerġenti talannimali u żoonotiċi permezz ta’ kollaborazzjoni ma’ laboratorji varji Ewropej, nazzjonali u ta’ referenza Ewropea, kif ukoll kwalunkwe aġenziji oħra skont ilħtieġa. Illaboratorju kiseb listat akkreditat fl2015.

Ir-Rwoli tal-Laboratorju Veterinarju Nazzjonali

Illaboratorju jaħdem biex jissalvagwardja kemm lannimal kif ukoll issaħħa pubblika billi jipprovdi appoġġ lillunitajiet varji fi ħdan idDirettorat Regolatorju Veterinarju. Irrwol ewlieni tiegħu huwa lkontroll tassigurtà alimentari filproduzzjoni primarja ta’ ikel li joriġina millannimali. Ilkampjuni li jaslu fillaboratorju jiffurmaw parti millpjanijiet ta’ sorveljanza nazzjonali, millimportazzjonijiet li jgħaddu millpostijiet ta’ spezzjoni filfruntieri, minn surveys jew minn suspetti. Illaboratorju jwettaq attivitajiet ta’ ttestjar biex jilħaq programmi diversi ta’ sorveljanza:

-Sorveljanza ta’ Mard talAnnimali bħallewkożi bovina enżootika, talilsien u ddwiefer, linfluwenza tattjur u lilsien blu.
-Sorveljanza tasSaħħa talIkel bħatTrichinella u lenċefalopatija sponġiformi trażmissibbli (TSE).
-Sorveljanza talMard Żoonotiku bħal bruċella u salmonella.
-Sorveljanza tarResidwi talMediċini Veterinarji bħallantimikrobiċi, promoturi tattkabbir u kontaminanti flikel li joriġina millannimali.
-Reżistenza għallAntibijotiċi.

Illaboratorju jissodisfa wkoll irrwol ta’ Laboratorju ta’ Referenza Nazzjonali għal areas varji ta’ ttestjar.