One-Stop Shop

One-Stop Shop

Id-Direttorat tal-Ħarsien tal-Annimali waqqaf One-Stop Shop.

L-iskop tal-one-stop shop huwa biex:

  • jipprovdi lill-pubbliku gwida u assistenza ta’ kwalità dwar il-firxa ta’ servizzi offruti mill-AWD;
  • joffri servizzi minn punt ċentrali sabiex ikunu ffrankati ħin u riżorsi amministrattivi;
  • jagħti aċċess faċli lill-pubbliku sabiex ikun jista’ jirrapporta emerġenzi u abbużi, jistaqsi dwar proċeduri dwar adozzjoni u fostering ta’ annimali domestiċi, u jistaqsi dwar proċeduri ta’ microchipping u fuq il-leġiżlazzjoni li tirregola l-ħarsien tal-annimali.

Ix-xogħol amministrattiv neċessarju kollu konness ma’ proċeduri ta’ trasferiment ta’ dritt ta’ pussess (f’każ ta’ adozzjoni) u l-komunikazzjoni mal-NGO rispettiva jkunu f’idejn l-Uffiċjal għar-Relazzjonijiet mal-Konsumaturi.

Il-One-Stop Shop se jkun qed jilqa’ wkoll talbiet relatati ma’ informazzjoni dwar id-Direttorat tar-Regolament Veterinarju (VRD). Dawn it-talbiet jiġu diretti lill-uffiċjal inkarigat tal-VRD.

Il-One-Stop Shop ikun disponibbli mit-Tnejn sal-Ġimgħa mis-07.00 sat-15.00 u jitmexxa minn uffiċjal imħarreġ apposta.

Ikkuntattja Freephone Servizz.gov 153 (Ext. 17)