Politika dwar il-Protezzjoni tad-Data

Politika dwar il-Protezzjoni tad-Data

Ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Dejta (UE) 2016/679 (GDPR) u l-Att dwar il-Protezzjoni tad-Dejta (Kapitolu 586) jirregolaw l-ipproċessar ta’ data personali, kemm jekk tinżamm elettronikament jew f’forma manwali. Id-Dipartiment tas-Saħħa u l-Benessri tal-Annimali huwa stabbilit li jikkonforma bis-sħiħ mal-prinċipji tal-protezzjoni tad-data kif stipulati fl-imsemmija leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni tad-data.

Għanijiet għall-ġbir tad-data

Id-Dipartiment tas-Saħħa u l-Benessri tal-Annimali jiġbor u jipproċessa informazzjoni biex iwettaq l-obbligi tiegħu skont il-leġiżlazzjoni attwali. Id-dejta kollha tinġabar u tiġi pproċessata skont l-imsemmija leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni tad-dejta, kif ukoll l-Att dwar is-Servizzi Veterinarji (Kapitolu 437), l-Att dwar il-Benessri tal-Annimali (Kapitolu 439), l-Att dwar il-Ħarsien tal-Ambjent SL 549.111, u r-Regolament tal-Aġenzija tal-Pagamenti SL 146.03, flimkien mal-leġislazzjoni sussidjarja relattiva u kull liġi jew regolament ieħor li l-AHWD jista’ jkun suġġett għalihom, inklużi regolamenti maħruġa mill-Kummissjoni Ewropea.