Servizzi Promozzjonali
Id-Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali jieħu sehem f’numru ta’ attivitajiet sabiex jippromwovi t-trattament xieraq tal-annimali u jeduka fuq is-suġġett. Fil-fatt, it-tim tagħna ta’ spiss jipparteċipa f’fieri u wirjiet, jaċċetta stediniet biex jieħu sehem f’intervisti fuq ir-radju u t-televiżjoni, u jagħti taħditiet fl-iskejjel u istituzzjonijiet edukattivi oħra. Barra minn dan, jieħu sehem f’diskussjonijiet relatati mas-servizzi li noffru u li huma relatati mal-annimali u inizjattivi ta’ infurzar organizzati minn NGOs jew gruppi oħra. Id-Direttorat jagħmel dan biex jippromwovi s-servizzi li jipprovdi, filwaqt li joħloq għarfien akbar dwar il-ħarsien tal-annimali.
Jekk tixtieq tistieden lit-tim tagħna biex jieħu sehem fi programmi fuq it-televiżjoni jew fuq ir-radju, biex jindirizzaw l-istudenti fl-iskejjel, u/jew biex jipparteċipaw f’avvenimenti organizzati minn NGOs jew entitajiet oħra, bl-għan li jiddiskutu kwistjonijiet relatati mal-ħarsien tal-annimali, għandek tibgħat talba lid-Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali permezz ta’ e-mail fuq [email protected]. Stediniet bħal dawn għandhom jinkludu t-talba, id-data u l-ħin tal-attività, informazzjoni dwar l-udjenza, kif ukoll l-isem u n-numru ta’ persuna li l-membri tat-tim tagħna jkunu jistgħu jagħmlu kuntatt magħha.