VMU Informazzjoni Utli

Informazzjoni Utli

Regolamenti tal-Unjoni Ewropea fuq Prodotti Mediċinali Veterinarji u fuq Għalf Medikat.

Ir-Regolamenti li ġejjin ġew ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea nhar is- 07 ta’ Jannar 2109 u ġew applikati nhar it-28 ta’ Jannar 2022.

Regolament (UE) 2019/4 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 fuq il-manifattura, it-tqegħid fis-suq u l-użu ta’għalf medikat, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 183/2005 filwaqt li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/167/KEE.

u

Regolament (UE) 2019/6 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 fuq prodotti mediċinali veterinarji filwaqt li jħassar Direttiva 2001/82/KE.

Informazzjoni fuq Regolament (EU) 2019/6.

L-iskop ta’ dawn ir-reviżjonijiet fil-Leġiżlazzjoni tal-UE huwa li tiżdied l-aċċessibiltà għall-prodotti mediċinali veterinarji u l-għalf medikat, biex jitnaqqas il-piż amministrattiv minn fuq l-intrapriżi, biex titjieb il-funzjonalità tas-suq intern u biex jiġu assessjati l-possibiltajiet għal rispons aħjar għar-reżistenza antimikrobika.

Informazzjoni fuq dan is-sit

L-informazzjoni fuq dan is-sit tiġi reveduta fuq bażi regolari u aġġornata skont l-oqsma leġiżlattivi, regolatorji u tekniċi li jevolvu b’rata mgħaġġla.

It-Taqsima tal-Mediċini Veterinarji mhiex responsabbli jekk il-kunċetti jinftehmux jew le mill-qarrej.

L-informazzjoni preżenti fuq dan is-sit m’għandhiex titqies bħala materjal ta’ konsulenza professjonali. Il-partijiet interessati huma responsabbli mid-deċiżjonijiet tagħhom skont il-leġiżlazzjoni eżistenti u r-rekwiżiti.

Il-partijiet interessati huma mħeġġa jirreferu għal-leġiżlazzjoni proprja.

• Regoli Dwar il-Manifattura, it-Tqegħid fis- Suq u l-Użu ta’ Għalf Medikat ippubblikata fit-8 ta’ Ottubru 2024 u daħlu fis-seħħ fit-8 ta’ Diċembru 2024 u li ħassar il-Leġislazzjoni Sussidjarja 437.73
It-taqsima hija parzjalment involuta fil-kontroll tal-Għalf Medikat minħabba li wieħed mill-komponenti ta’ dawn il-prodotti huwa prodott mediċinali veterinarju.

• Leġislazzjoni Sussidjarja 437.115, Regolamenti dwar Prodotti Mediċinali Veterinarji ppubblikata fl-10 ta’ Diċembru 2024 u li daħlet fis-seħħ fl-10 ta’ Frar 2025. u li ħassar il-Leġislazzjoni Sussidjarja 437.47

• Leġislazzjoni Sussidjarja 437.116, Regolamenti dwar Spiżerija Veterinarja ppubblikata fl-10 ta’ Diċembru 2024 u li daħlet fis-seħħ fl-10 ta’ Frar 2025.

• Leġislazzjoni Sussidjarja 35.38, Regolamenti Dwar Drittijiet Dwar Prodotti Mediċinali Veterinarji u Spiżeriji Veterinarji ippubblikata fl-10 ta’ Diċembru 2024 u li daħlet fis-seħħ fl-10 ta’ Frar 2025.

Il- Leġiżlazzjonijiet Sussidjarji huma ppubblikati taħt Kapitlu 437, l-Att dwar is-Servizzi Veterinarji hekk kif emendat.

L-emendi fl-Att dwar is-Servizzi Veterinarji permezz ta’ l-att No. XIV ta’ 2022 ippubblikat fit-28 ta’ Ottubru 202 żiedu l-poter meħtieġa lill-ministru biex jippromulga leġiżlazzjoni importanti relatata ma’ kull ħaġa relatata ma’ prodotti mediċinali veterinarji. Fost il-bidliet importanti hemm dawk relatati ma’ azzjoni ta’ infurzar, ġbir ta’ data dwar il-bejgħ, penali, applikazzjoni għal liċenzji għal spiżeriji veterinarji, fuq l-ispiżjar li jmexxi l- ispiżerija veterinarja u allinjament mar-regolament (UE) 2019/6 tal-Parlament Ewropew u tal- Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018. Saru wkoll emendi fir-rigward tal-funzjonijiet tal-Laboratorju Veterinarju Nazzjonali, il- responsabbiltajiet tad-Direttur tas-Servizzi Veterinarji u l-qtil ta’ annimali li jipproduċu l-ikel.

Il-partijiet interessati jistgħu jsibu lista tal-prodotti veterinarji kollha awtorizzati fl-UE fil-Bażi tad-Dejta tal-Prodotti tal-Unjoni (UPD).