VMU Introduzzjoni

Introduzzjoni

It-Taqsima tal-Mediċini Veterinarji ġiet imwaqqfa bil-għan li tirregola t-tqegħid fis-suq, il-bejgħ, id-distribuzzjoni, il-manifattura u l-użu ta’ prodotti mediċinali veterinarji. Tippromwovi wkoll l-użu responsabbli ta’ prodotti mediċinali veterinarji li jkunu ta’ kwalità tajba, siguri u effettivi.

It-Taqsima  tal-Mediċini Veterinarji taħdem f’kollaborazzjoni mill-qrib mal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA)

Strateġija Nazzjonali u Pjan ta' Azzjoni għall-Prevenzjoni u l-Konteniment tar-Reżistenza Antimikrobika f' Malta 2020 – 2028

It-taqsima tal-Mediċini Veterinarji tagħti l-kontribut tagħha fl-Istrateġija Nazzjonali u l-Pjan ta’ Azzjoni għall-Prevenzjoni u l-Konteniment tar-Reżistenza Antimikrobika f’ Malta 2020 – 2028. Strateġiji nazzjonali oħra jistgħu jkunu interkonnessi ma’ din l-istrateġija, bħall-Istrateġija għall-Benessri tal-Annimali.

Il-Grupp ta' Ħidma Ewropew dwar il-Bejgħ u l-Użu ta' Antimikrobiċi għall-Mediċina Veterinarja (ESUAvet)

Il-Grupp ta’ Ħidma Ewropew dwar il-Bejgħ u l-Użu ta’ Antimikrobiċi għall-Mediċina Veterinarja (ESUAvet) jipprovdi gwida u rakkomandazzjonijiet strateġiċi lill-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA) Din il-gwida tirreferi għall-ġbir u l-analiżi ta’ data dwar il-volumi tal-bejgħ ta’ antimikrobiċi veterinarji u l-użu ta’ antimikrobiċi f’ annimali fl-Unjoni Ewropea (UE).

Permezz tat-Taqsima tal-Mediċini Veterinarji Malta tipparteċipa b’mod attiv f’dan il-grupp ta’ ħidma u tiġbor id-data obbligatorja dwar l-użu u l-bejgħ tal-antimikrobiċi.

Biex tappoġġja lill-Istati Membri f’dan il-kompitu,

fit-28 ta’ Ġunju 2022 il-Kummissjoni tal-UE ħarġet sejħa għal proposta għall-‘Implimentazzjoni tal-ġbir u r-rappurtar ta’ data dwar il-bejgħ u l-użu tal-antimikrobiċi fl-annimali għall-perjodu 2022-2027′ (SMP -FOOD-2022-AMRtool) għal għotjiet fil-qasam tar-Regolament tal-Programm tas-Suq Uniku.

Is-sejħa hija mmexxija mill-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u l-Eżekuttiv Diġitali (HaDEA)

Fis-6/03/2023 ġie ffirmat il-ftehim mal-Kummissjoni tal-UE. Il-finanzjament se jkun ta’ 100% u se jkun dwar ir-reklutaġġ ta’ membri tal-persunal addattati li jistgħu jiġu inkarigati bil-ġbir ta’ data dwar il-bejgħ u l-użu ta’ prodotti mediċinali veterinarji li fihom antimikrobiċi.

Programm EU4Health

It-taqsima hija wkoll il-kollegament ewlieni għall-parteċipazzjoni bħala entità affiljata f’azzjoni konġunta taħt il-programm ta’ ħidma annwali 2021 tal-Programm EU4Health.

F’dan il-programm il-ko-finanzjament (80%) huwa pprovdut mill-UE biex tippromwovi l-kwalità tal-mediċini u biex tiżdied il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u bejn l-Unjoni u Pajjiżi Terzi permezz ta’ taħriġ, verifiki konġunti, valutazzjonijiet mill-ġdid u spezzjonijiet dwar manifattura tajba ( GMP) u prattiki ta’ distribuzzjoni tajba (GDP).

It-Taqsima tal-Mediċini Veterinarji hija l-entità f’Malta li għandha l-kompitu li tissorvelja ċ-ċertifikazzjoni għal Prattika ta’ Manifattura Tajba (GMP) u prattika ta’ distribuzzjoni tajba (GDP) ta’ prodotti mediċinali veterinarji.